Abbozz t'umanita' (tourists are welcome)
i.
Fl-imħażen tal-Ospizju
l-Imgħoddi jinżamm maqful u mgħasses
24 siegħa kuljum
għax ftit imxajtan u af jagħmillek xi ċuċata.
Ritratt: santwarju t’Apollo
infaxxat b’ħitan imġarrfa
mid-daqq egoċentriku tat-trombi tal-ħtija
mistqarra fuq l-intercom. (leħen ta’ wieħed jistenna barra r-rixtellu)
Taħt ir-radam: tourists are welcome.
Ġew fis-sena 2010 b’wiċċhom bil-quddiem
U b’abbozz umanita’ bi qbiela.
Imma ħarsu bla mistħija fil-ħarsa ta’ Medusa
u saru tal-ġebel
u l-għabr’ għada nieżla minn mas-soqfa.
Ġew fis-sena 2010 b’wiċċhom bil-quddiem
bil-ġlekk u l-cufflinks
u bl-ewwel abbozz t’umanita’ b’fidwa
għal Imgħoddi-Medusa, l-Ass Denari tal-ostaġġi tagħna,
u staqsejniehom min hu missierhom
u min qed irabbilhom ‘l uliedhom
u għandna nirċievu email bla dewmien.
ii.
L-ewwel swali mtlew f'kemm ilni ngħidlek
bl-ewwel abbozz tal-umanita'
u bniedem
li lejl u nhar jiktbilha vrus
w għanjiet devozzjonali, innijiet li jgħaddu
anke minn fruntieri fis-star.
Mal-bieb tal-maħżen: tourists are welcome.
iii.
Ir-residenti
l-ewwel u l-aħħar abbozz tal-umanita’
marbut max-xtiebi ta’ fruntiera amministrattiva.
Mar-rixtellu jistenna wieħed
jikteb għanjiet mill-mutetti tar-riħ
u l-elf ħarsa partikolari tal-fjuri lejn ix-xemx
missierhom.
iv.
Residenti: abbozz t’umanita’ f’idejn il-fruntier’ ommu.
Barra r-rixtellu hemm wieħed
jiktbilha l-għanjiet tal-misteru tal-ferħ.
Ritratt: awtoritratt.
Il-kliem tourists are welcome huma biss miżura ta’ sigurta’.
Il-fruntiera ħa tinfetaħ fl-2010 (jekk Alla jrid).
L-ewwel swali mtlew f'kemm ilni ngħidlek
bl-ewwel abbozz tal-umanita'
u bniedem
li lejl u nhar jiktbilha vrus
w għanjiet devozzjonali, innijiet li jgħaddu
anke minn fruntieri fis-star.
Mal-bieb tal-maħżen: tourists are welcome.
iii.
Ir-residenti
l-ewwel u l-aħħar abbozz tal-umanita’
marbut max-xtiebi ta’ fruntiera amministrattiva.
Mar-rixtellu jistenna wieħed
jikteb għanjiet mill-mutetti tar-riħ
u l-elf ħarsa partikolari tal-fjuri lejn ix-xemx
missierhom.
iv.
Residenti: abbozz t’umanita’ f’idejn il-fruntier’ ommu.
Barra r-rixtellu hemm wieħed
jiktbilha l-għanjiet tal-misteru tal-ferħ.
Ritratt: awtoritratt.
Il-kliem tourists are welcome huma biss miżura ta’ sigurta’.
Il-fruntiera ħa tinfetaħ fl-2010 (jekk Alla jrid).

Il-Pjazza tal-Ħmir (il-Lejl)
miegħek tliet tarġiet
taħt l-ilma
dalma ta' kelma
rassa ta' driegħ
taħt ġildet wiċċek labirint
waqafna
jitla' qamar u jegħreq beraħ
ieħor li ma terraqniex
il-kelma tiegħek tistagħad u
ma taqbad xejn
nieqfu quddiem il-bidu ta'
kull triq u, bil-ħolm imxerred fl-art,
inkunu diġà nofs triq lura, nofs triq
lura
il-kelma tiegħek ma tgħid xejn ġdid
imma min ħliefek jista' jlissen il-litanija ta' kull tmiem?
meta tasal, l-istediniet tiegħek ikunu
dritti u jleqqu mat-tazzi tal-inbid...
Ma rrid xejn.
...u mal-gallettini
fl-irqad il-firda tberraħ port
u rampi li minn fuqhom, kieku mqar
xi ħadd ikun hemm ħa jleħħinhom,
jistgħu jitilgħu kelmiet inċidentali
jew fatali jew anki banali
f'leħen l-Ospizju: glossarju-fjakkolata (taħt l-ilma) ta' kull ħoss
il-ħolm li żżur, dawk l-artijiet ta' madwar darek-oħra,
huma l-indafa u s-sħana li dejjem ridt
il-kenn u r-rassa sħuna, il-morsa għaslija li dejjem ridt
il-ħolm li żżur, dawk il-katakombi bla numru,
dawk il-ħofor fl-għajnejn, dawk il-mewtiet u
r-riżurrezzjonijiet fuq in-naħa l-oħra,
dawk il-mawriet l-oħra waħdek...
meta nidħaq, tkun ġejja l-aħħar tad-dinja
u int tkun għadek trid tibda tgħix
quddiemna żinġla mimlija frott
u fuq xofftok-minġel, l-għaraq
ta' qabel il-ħsad
kelma waħda u ruħi...
min ma jafekx jaħsbek siġra
li tixrob mill-bir ta' kull mewta,
issaltan (sħaba tax-xorti) fuq
żrieragħ li ma tridx tferra', u
tħallat b'titjirek l-iva u l-le
f'duwa li tfejjaq u toqtol
omm u ġebla u barmil imtaqqab
Fruntiera
i.
Is-swali tal-Ospizju ma jafux jindmu
(jew ma jridux).
Ritratt 1: Brigata ta' ltiema. Metamorfożi instantanja. Subien u bniet maġenb xjuħithom.
Ritratt 2: 2010. Xjuħ.Riħa ta' terra u pipi. Mejda b'wiċċ tal-Formica. Jilgħabu għall-vers u l-fatta.
F'kull apertura tintasab stedina lliċita
miftuħa daqs tal-merċa
tistenna l-klijenti tagħha mal-fruntiera tal-kuxjenza.
Ritratt 3:

